Futbol

Kylian Mbappe jiskorja l-100 gowl tiegħu fil-Ligue 1

L-attakkant ta’ 22 sena ta’ PSG, Kylian Mbappe sar l-aktar player veloċi li rnexxielu jilħaq il-100 fil-Ligue 1 hekk kif hu għamel dan bid-doppjetta li skorja fir-rebħa ta’ 4-2 fuq Lyon biex b’hekk PSG issa telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat b’differenza ta’ gowls aħjar minn Lille li tilfu 2-1 kontra Nimes.

Mbappe fetaħ l-iskor għal PSG wara kwarta logħob b’konklużjoni angolata qabel ma’ Danilo Pereira għamilhom 2-0. Kmieni fit-tieni taqsima PSG għamluhom 3-0 permezz ta’ Angel di Maria, b’Mbappe jiskorja t-tieni gowl tiegħu fit-52 minuta. Lyon wettqu reazzjoni u naqsu l-iskor permezz ta’ Islam Slimani u Maxwel Cornet. B’hekk Mbappe qabeż lil Herve Revelli li fl-1969 kien sar l-iżgħar player li rnexxielu jiskorja l-100 gowl fl-ogħla diviżjoni.