Christopher Baldacchino ta’ 51 sena mis-Swieqi li l-professjoni tiegħu hija dik ta’ awditur m’ammettiex akkużi li jinkludu ħasil ta’ flus u falsifikazzjoni ta’ dokumenti. Baldacchino huwa l-awditur ta’ Darren Debono li s-sena l-oħra kien tressaq il-Qorti b’rabta ma’ miljuni ta’ ewro f’ħasil ta’ flus. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu u għaldaqstant intbagħat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-kumpaniji tiegħu, Aqua Chiara Holdings Ltd u JBJ Holdings Limited, ġew ukoll mixlija b’akkużi simili u Baldacchino tenna li mhux se jwieġeb u dan wara li d-difiża argumentat li fil-każ tal-ewwel kumpanija, huwa mhux direttur tagħha filwaqt li wieġeb mhux ħati fuq it-tieni kumpanija.
Il-prosekuzzjoni qalet li Baldacchino kien l-awditur ta’ Darren Debono, akkużat ukoll b’ħasil ta’ flus. Ingħad li l-akkużat kellu jara li l-ħasil ta’ flus ma jsirx, meta fil-fatt t-tnejn kienu l-moħħ ta’ din l-attività illegali.
Fil-bidu tas-seduta l-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi kollha ta’ Baldacchino u ż-żewġ kumpanija li ġiet milqugħa mill-Qorti minkejja l-fatt li d-difiża oġġezzjonat.
Il-Qorti wkoll laqgħet it-talba tal-proskeuzzjoni li jsir stħarriġ mid-direttur tal-irkupru tal-uffiċċju tal-assi sabiex ikun magħruf fejn jinsabu l-flejjes u l-proprjetà ta’ Baldacchino u l-kumpaniji.
L-imputat għamel talba għal libertà proviżorja bil-prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li għad hemm xhieda pajzana fil-każ li għad iridu jixhdu. Ingħad ukoll li dawn huma investigazzjonijiet kumplikati u li l-lista tax-xhieda hija twila.
Raġuni oħra tal-oġġezzjoni minn naħa tal-prosekuzzjoni hija l-biża li jiġu kontaminati l-provi u li fl-fatt tan-natura serja tal-akkużi. Id-difiża talbet li jixhed l-ispettur Omar Caruana.
Id-difiża talbet li jixhed l-ispettur Omar Caruana, bl-avukat Antoine Naudi staqsa kemm ilu jaf lill-akkużat u qal li sema’ bih għall-ewwel darba meta beda jinvestiga f’April 2020 u apiċċ arrestat f’Novembru tal-istess sena.
L-ispettur Caruana kkonferma li Baldacchino ġie interrogat diversi drabi u dejjem ikkollabora mal-pulizija. Fis-sottomissjoni tagħha d-difiża qalet li Baldacchino qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja kif turi l-kondotta tiegħu.
Sar Argument dar il-fatt li huwa tressaq jumejn wara li nhar is-Sibt tressq 11-il persuna fuq korruzzjoni u ħasil ta’ flus. Tenna li dan il-każ hu differenti minn dawk ili tressqu s-Sibt.
Saħaq li kemm ilu bil-police bail dejjem mar meta mitlub u fil-ħin u kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija. L-Avukat qal li l-klijent tiegħu m’għandu l-ebda konnessjoni ma’ barra l-pajjiż u għandu il-familja Malta,
Dan ifisser li ma hemm l-beda biża’ li jaħrab. L-Avukat Naudi staqsa x’inbidel illum għax issa huwa akkużat. Saħaq li l-prosekuzzjoni għandha diġà evvidenza fil-konfront tal-akkużat li hija preservata.
Id-difiża minn naħa tagħha għarfet li dan hu każ relatat ma’ oħrajn inkluż Darren Debono li jinsab il-ħabs, iżda argumentat li l-oħrajn huma kollha barra bil-pleġġ. Fil-każ hemm involuti Gordon Debono, Jeffrey Chetcuti u oħrajn li għadd iridu jitressqu l-Qorti.
Żiedet li l-prosekuzzjoni kienet obbligata li tressaq bl-arrest, qal li f’każi ta’ ħasil ta’ flus l-investigazzjoni ma tieqaf qatt għax mid-dokumenti dejjem joħorġu persuni oħrajn. Qal iżda li fil-każ ta’ Baldacchino din ingħalqet.
Id-difiża qalet ukoll li l-akkużi fil-konfront ta’ Baldacchino se jiġu kontestati kollha għax huwa mhux ħati tal-ebda waħda mill-akkużi. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni billi qalet li għadu prematur f’dan l-istadju li Baldacchino jingħata l-pleġġ.
//= $special ?>