Fir-rebħa minn La Liga ta’ 6-1 fuq Real Sociedad, Lionel Messi sar l-aktar player ta’ Barcelona li qatt lagħab mal-klabb fejn qabeż lill-eks midfielder tal-klabb Xavi, biex b’din ir-rebħa Barcelona naqqsu d-distakk minn mal-leaders Atletico Madrid għal erba’ punti.
Antoine Griezmann fetaħ l-iskor għal Barcelona, b’Sergino Dest jiskorja darbtejn oħra u Ousmane Dembele wkoll iniżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers. Messi skorja darbtejn ukoll fis-56 u fid-89 minuta biex b’hekk skorja t-22 u t-23 gowl tiegħu dan l-istaġun. Real Sociedad naqsu l-iskor permezz ta’ Imanol Alguacil.
Messi ma naqasx milli juri l-kwalitajiet tiegħu kif għamel matul il-karriera kollha tiegħu ma’ Barcelona. L-attakkant ta’ 33 sena li twieled f’Rosario l-Arġentina se jkun jista’ jħalli lil Barcelona b’xejn fis-sajf li ġej hekk kif jiskadilu l-kuntratt. Biż-żewġ gowls kontra Sociedad, Messi skorja s-663 gowl fil-karriera tiegħu u l-467 fil-La Liga li jfisser 156 gowl aktar minn Cristiano Ronaldo li skorja 311 -il gowl. Ma’ Barcelona, Messi rnexxielu jiskorja 20 gowl jew aktar fit-13 -il staġun konsekuttiv.
//= $special ?>