Sport Sport Ieħor

Marc Marquez se jitlef ukoll l-ewwel Grand Prix tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Honda se jkun qed jitef l-ewwel Grand Prix tal-istaġun fil-Qatar wara li ma ħassux komdu fl-ewwel provi tal-istaġun.

Wara li kkonsullta mat-tim mediku tal-Isptar Ruber Internacional kien deċiż li Marquez ma jsuqx fil-Grand Prix tal-Qatar u jerġa jagħmel sessjoni ta’ prova oħra qabel il-Grand Prix tal-Portugall.

Marc Marquez kien weġġa spalltu fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun li għadda u minn dakinhar kien operat tliet darbiet.