Fl-aħħar sigħat pajjiżna reġa’ kellu mewta oħra kaġun tal-Coronavirus hekk kif issa l-vittmi telgħu għal 373. Matul dan ix-xahar ta’ Marzu kellna 58 vittma tal-Coronavirus, l-aktar xahar li fih pajjiżna kellu mwiet.
Il-vittma hija mara ta’ 99 sena li mietet fil-Good Samaritan Long-Term Facility.
Bejn il-Ħadd u t-Tnejn instabu 191 każ ġdid tal-Coronavirus biex it-total tal-każi attivi huwa dak ta’ 2,603.
Fl-aħħar sigħat il-paġna tas-Saħħa qalet li fiequ 323 persuna biex it-total ta’ persuni mfejqa huma 25,343. Il-każijiet totali wara sena tal-pandemija fostna huma 28,319.
L-agħar xahar fil-pandemija kien Diċembru tal-2020. Dan hekk kif 82 familja tilfu xi ħadd mill-għeżież tagħhom minħabba l-Coronavirus.
S’issa ngħataw ftit iktar minn 145,934 doża tal-vaċċin, b’iktar min 44,483 persuna ħadu t-tieni doża.