L-eks President tal-UEFA Michel Platini qatta’ sitt sigħat quddiem prosekutur Żvizzeru fuq suspett ta’ involviment f’korruzjoni qabel ma jixhed f’investigazzjoni kontra l-President tal-FIFA Gianni Infantino.
Platini qed ikun interrogat mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali tal-Iżvizzera dawr pagament ta’ ftit anqas minn żewġ miljun ewro li saru lilu personali mill-FIFA fl-2011.
Din l-investigazzjoni hija parti minn investigazzjoni f’każ ta’ korruzzjoni li jinvolvi l-eks President tal-FIFA Sepp Blatter, bi Platini qed ikun wieħed mis-suspettati li kien kompliċi f’involviment ta’ misappropjazzjoni u falsifikazzjoni. L-eks President tal-UEFA ċaħad dawn l-akkużi fil-konfront tiegħu filwaqt li kien sospiż minn kull attività sportiva għal tmien snin qabel ma’ s-sospensjoni tiegħu kienet mnaqqasa mill-Qorti tal-Arbitrazzjoni għall-Isport. Il-prosekuzzjoni qalet li din kienet l-aħħar darba li Platini kien qed jiġi nvestigazzjoni qabel ma tintemm l-investigazzjoni.
//= $special ?>