Sport Sport Ieħor

Serena Williams tirtira mill-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

It-tennista Amerikana, Serena Williams kellha tirtira mill-Open ta’ Miami wara li kellha ssirilha operazzjoni.

Williams qalet li kienet iddiżappuntata li kellha tiritira hekk kif għaliha l-Open ta’ Miami kien wieħed speċjali minħabba li hi twieldet fl-istess belt. Hi rebħet ukoll dan it-tournament tmien darbiet.

Dan it-tournament, mill-kategorija tal-irġiel diġa rtiraw bosta tennisti fosthom Novak Djokovic, Roger Federer, Rafael Nadal u Dominic Thiem.

Serena Williams kienet eliminata fis-semifinali fl-ewwel Grand Slam tas-sena fl-Awstralja minn dik l-ironikament saret rebbieħa tat-tournament, Naomi Osaka.