Coronavirus Lokali Saħħa

Spiċċaw miġbura f’daqqa jistennew it-tilqima

Huma ħafna nies li bagħtu r-ritratti ta’ folla sħiħa ta’ nies jistennew fl-Università ta’ Malta biex jieħdu t-tilqima.

Fost l-ilmenti li rċevejna kien li kien hemm nies li kellhom appuntament f’ħin partikolari, iżda meta marru qalulhom li t-tilqima kienet għadha ma waslitx.

Ħafna huma mħassba li bis-sitwazzjoni hekk kif qed jibżgħu li meta jmorru biex jieħdu l-vaċċin qed jispiċċaw f’rassa ta’ nies, fejn id-distanza soċjali mhux qed tkun osservata.