Katherine Diaz surfer minn El Slavador intlaqtet minn sajjetta waqt li kienet qed tipprerpara biex tħejji għal tournament importanti li seta’ fisser post fl-Olimpjadi.
L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Surfing qalet li Diaz kienet xempju ħaj tal-entużjażmu u l-enerġija li joffri dan l-isport kif ukoll kienet taċċella f’kompetizzjonijiet internazzjonali. L-istqarrija tal-ISA kompliet billi tat kondoljanzi lill-familja ta’ Katherine Diaz kif ukoll lis-surfers kollha.
Is-surfin kien għall-ewwel darba se jkun inkluż fl-Olimpjadi tas-sajf li ġej f’Tokjo.
//= $special ?>