Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara ħabta fi Triq Valletta l-Mosta lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9.20.
L-inċident seħħ bejn Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 36 sena u BMW 318 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena. Fil-Peugeot kien hemm mara ta’ 33 sena u tifel ta’ 11-il sena filwaqt li fil-BMW kien hemm mara ta’ 30 sena.
Ir-raġel ta’ 32 sena u l-mara ta’ 30 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>