Futbol Sport

Xabi Alonso se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Borussia Monchengladbach

L-eks midfielder ta’ Liverpool fost l-oħrajn Xabi Alonso minn Lulju li ġej se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Borussia Monchengladbach.

Alonso li bħalissa huwa l-kowċ tat-tieni tim ta’ Real Sociedad se jkun qed jieħu post Marco Rose li minn Lulju se jkun qed isir il-kowċ ta’ Borussia Dortmund. L-Ispanjol, li għandu esperjenza vasta fil-futbol Ġermaniż hekk kif lagħab għall Bayern Munich bejn l-2014 u l-2017 se jkun qed iġib l-esperjenza tiegħu mal-klabb ta’ Monchengladbach.

Xabi Alonso kien ukoll strumentali fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja ta’ pajjiżu fl-2010 kif ukoll kien parti mill-iskwadra ta’ Liverpool fir-rimonta li wettqu fil-finali tal-UEFA Champions League.