Huma 90 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 28,409 – l-ewwel darba f’temp ta’ xahar u nofs li l-ammont ta’ każi ġodda kienu inqas minn 100 każ.
Dan wara li matul l-aħħar 24 siegħa twettqu ftit aktar minn 2,660 swab test.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tnejn u t-Tlieta tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 mara ta’ 63 sena, u raġel ta’ 76 sena – ilkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 375 – 11-il fatalità fl-aħħar erbat ijiem.
Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 212 bit-total ikun dak ta’ 25,555
B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 2,479
Sat-Tnejn it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 45,286.
//= $special ?>