“Ilna snin, tal-inqas 5 snin, minn mindu isem Malta qed tkun fl-aħbarijiet ħafna mid-drabi għar-raġunijiet żbaljati. Anki jekk ma jkunux vera, aħseb u ara jekk kemm-il darba jkunu kredibbli, dan kollu jirrifletti ħażin fuq ir-reputazzjoni u fuq kemm huwa attraenti għall-barranin li jagħmlu negozju ma’ Malta.”
Sostna dan l-espert tas-servizzi finanzjarji, Paul Bonello, meta kienet intervistat fuq ix-xandir tal-istat dwar l-effetti li qed ihallu l-akkuzi serji ta’ korruzzjoni u hasil ta’ flus fuq l-industrija tas-servizzi finanzjarji.
Is-servizzi finanzjarji, li magħhom wieħed irid jabbina l-iGaming, il-burdnara u s-servizzi domestiċi u internazzjonali, llum ilaħħqu mal-14% tal-prodott gross domestiku Malti …u allura l-impatt ta’ dawn l-istejjer xokkanti se jkun wieħed notevoli fuq l-ekonomiija.
L-espert Paul Bonello insista li minhabba dak li hiereg mill-Qorti, spiccajna “nilaghbu man-nar”:
“Li ġara fl-aħħar 6 xhur kompla kabbar il-gravità tas-sitwazzjoni għax issa ma għadx għandna sempliċiment “rappurtaġġ il-gazzetti” iżda kellna l-inkjesta pubblika tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, li effettivament hija inkjesta fuq l-istat, fuq kemm l-istituzzjonijiet tal-istat ħadmu tajjeb. Hawnhekk ħareġ b’mod ċar li hawn persuni f’Malta, li mhumiex eletti, però li jikkontrollaw l-istituzzjonijiet jew inkella lin-nies importanti fl-istituzzjonijiet.”
Huwa aċċenna direttament għall-kontenut tal-messaġġi tal-WhatsApp li kien hemm għaddejjin bejn l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia ma’ prattikament kull min jokkupa kariga importanti f’pajjizna; mill-Assistent Kummissarju, Silvio Valletta, għall-Kummissarju tat-Taxxi Interni, Marvin Gaerty sal-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joe Cuschieri.
“Kulmin hu importanti, kien bejn wieħed u ieħor fil-kontroll tiegħu. U dan jirrifletti ħażin ħafna fuq is-settur internazzjonali. Minkejja li l-ħasil tal-flus jeżisti f’kull pajjiż, li qed joħroġ differenti f’Malta huwa li donnu hemm l-id tal-istituzzjonijiet, tal-Gvern jew ta’ nies assoċċjati intrinsikament mal-Gvern allura qed tiġi tidher, u jista’ jkun li hekk hi, anzi probabbli hekk hi, li kważi kważi dawn l-affarijiet huma sponsorizzati mill-istat.”
Bonello ukoll dwar dik li sejjah “emoragija” fis-settur tas-servizzi finanzjarji, u qal li fl-ahhar ftit snin din l-industrija waqfet tikber.
//= $special ?>