Kevin Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjoalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li l-gvern hu maħkum mill-kriminali li issa qed jiddettawlu x’għandu jagħmel biex huma jixhdu l-verità filqorti.
Fil-parlament Kevin Cutajar qal li l-budget hu irrilevanti quddiem sitwazzjoni li fiha l-kriminalità iddominat Kastilja. Minkejja din is-sitwazzjoni gravi d-deputati Laburisti jibqgħu jiċħdu s-sitwazzjoni.
Hu qal li fil-fondi Ewropej Malta tinsab taħt il-lenti għaliex ir-reputazzjoni tal-pajjiż hi dubjuża minħabba li x-xibka ta’ kriminalità issa daħlet ġewwa wisq. Nhar is-sibt il-pajjiż għax avvenimenti drammatiċi fejn tressqu l-qorti 11-il persuna u jistgħu jitressqu iktar; il-gvern hu maħkum mill-kriminali li qed jiddettawlu huma x’jagħmel biex huma jgħidu l-verità.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-saħħa li kellu Keith Schembri fil-gvern Laburista u qal li l-PL inħataf mill-klikka li wara ħatfu l-pajjiż. Il-klikka kkrollat b’mod drammatiku, sostna Kevin Cutajar, li qal li n-Nexia BT kienu qed jimmanuvraw minn wara l-kwistjoni biex joħolqu l-istrutturi li kellhom iservu għall-korruzzjoni.
Brian Tonna u Karl Cini kellhom ukoll uffiċċju f’Kastilja biex jimmanuvraw mal-klikka li ħatfet Kastilja biex jagħmlu l-korruzzjoni. Il-ġid kien qed jinħoloq biss għal ċertu individwi u mhux għall-poplu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PL ipprova jirredikola lil Simon Busuttil meta dan ressaq il-provi quddiem il-maġistrati biex isiru l-inkjesti dwar il-korruzzjoni. L-istituzzjonijiet issa kienu kostretti li jieħdu azzjoni għaliex qabel kienu staġnati.
Kevin Cutajar kompla li l-istituzzjonijiet ma ħadmux bir-rieda tal-Prim Ministru u sostna li dak li qed jagħmel il-PL llum hu sforz id-disprament li jinsab fih il-gvern minħabba l-pressjoni tal-Moneyval. Il-gvern kisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż, sostna Kevin Cutajar, li kompla li Simon Busuttil hu r-rebbieħ morali waqt li Jospeh Muscat hu t-tellief morali.
L-avvenimenti tas-sibt li għadda huma pass żgħir iżda jista’ jkun mhux tard. Il-ġustizzja trid issir ma’ Daphne Caruana Galizia; ħadd ma kellu jwettaq vjolenza fuqha. Il-qtil kien reazzjoni ta’ vendetta kattiva ta’ min ried jelimina anki l-memorja tagħha. Min ħaseb hekk għarralu għaliex il-poter tal-pinna tagħha sar iktar b’saħħtu tant li dan wassal beix wqqa l-gvern ta’ Joseph Muscat.
L-ex Prim Ministru Muscat se jibqa’ mniżżel fl-isorja bħala l-prim ministru li taħtu saru dawn il-każi kollha; allaħares ma kienx jaf x’inhu jiġri. Dan għadu biss l-ewwel pass; il-PN hu determinat li jkompli jikkumbatti biex toħroġ il-verità kollha.
//= $special ?>