Wara Vince Muscat il-Koħħu, issa anke l-aħwa Degiorgio qed jitolbu maħfra Presidenzjali biex jikxu l-ismijiet ta’ Ministru u eks Ministru implikati… biex issa l-Prim Ministru Robert Abela sab fuq ħoġru deċiżjoni oħra ta’ Maħfra.
Vince Muscat il-Koħħu, u issa anke Alfred u George Degiorgio, it-tliet irġiel akkużati bl-assassiju ta’ Daphne Caruana Galizia ilkoll implikaw tal-anqas Ministru u ekx Ministru f’għadd ta’ reati kriminali.
Filwaqt li l-aħwa Degiorgio għamlu t-talba tagħhom għal maħra presidenzjali it-Tlieta, Vince Muscat ilu ġimgħa li xehed fil-Qorti li hemm Ministru u eks Ministru implikati.
Imma sal-lum, il-Prim Ministru ma ħasx il-ħtieġa li jsejjaħ għall-Ministri wieħed wieħed u jistaqsihom direttament
Robert Abela baqa’ jirriffjuta li jgħidilna kellimx lill-kollegi tiegħu… u fl-istess waqt li qal li miegħu ħadd mhu untouchable… staqsa lilna min hu l-Ministru implikat. Indikazzjoni ċara li Abela lanqas biss kellem lill-Membri tal-Kabinett.
Finalment, Abela ħarab fil-karozza tiegħu biex jevita li jwieġeb għalfejn baqa’ ċass u ma jiffaċċjax lil sħabu dwar dan l-aħħar skandlu li laqat il-Gvern Laburista.