F’laqgħa li saret illum wara nofsinhar il-Membru Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield u l-Ministru Edward Zammit Lewis abdikaw mir-responsabbilitajiet tagħhom bħala Membri tal-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika meta dan kien se jivvota biex rapport tal-Kummissarju dwar Standards fil-Ħajja Pubblika dwar il-Ministru Carmelo Abela jiġi ppubblikat. Dan ir-rapport huwa dwar abbuż ta’ eluf ta’ Ewro f’fondi pubbliċi għal reklami politiċi li saru fil-midja stampata.
Fl-istess laqgħa tal-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, l-Membru Parlamentari Karol Aquilina ddikjara illi huwa m’għandu l-ebda kunflitt ta’ interess ġaladarba il-Kumitat kien se jiddiskuti r-rapport li tħejja mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Immedjatament wara li ġiet fit tmiema l-laqgħa, l-Membru Parlamentari Karol Aquilina minkejja li m’għandu l-ebda kunflitt ta’ interess minn jeddu talab lill-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista sabiex jiġi sostitwit temporanjament bħala Membru tal-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika bil-għan li l-Kumitat kun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu u titkisser darba għal dejjem l-impunità li ħoloq il-Partit Laburista anke fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna, l-Parlament.
Il-Partit Nazzjonalista jistenna li tissejjaħ laqgħa b’urġenza tal-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika għal għada l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2021 biex il-Kumitat ikun jista’ jivvota dwar mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni biex ir-rapport tal-Kummissarju jsir pubbliku minnufih.
//= $special ?>