Il-Ministri ta’ Robert Abela jinsabu skomdi għall-aħħar iwieġbu dwar l-aħħar allegazzjoni li għal darb’oħra xeħtu dell tqil fuq il-Kabinett tal-Gvern Laburista; allegazzjoni oħra li qed taħkem il-kuriduri ta’ Kastilja u tqajjem diversi suspetti fost il-Ministri nfushom.
Dan hekk kif wara li Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, xehed fil-Qorti li hemm Ministru preżenti li kellu x’jaqsam ma’ biċċa xogħol ta’ kriminalità organizzata, issa l-Membri tal-Kabinett jinsabu skomdi jwieġbu dwar din id-dikjarazzjoni magħmula mir-raġel li ngħata l-proklama biex jghid il-verità kollha.
Din is-sitwazzjoni ta’ tensjoni dehret fiċ-ċar it-Tlieta filgħodu meta Net News staqsa lil Ministru Owen Bonnici jħossux komdu għal darboħra jaqsam il-Kabinett ma xi ħadd li allegatament għandu rabtiet kriminali …..u jekk il-Prim Ministru Abela avviċinax lil Ministri dwar dan is-suġġett
Madanakollu f’nofs it-tweġiba tal-Ministru ….il-Gvern qata’ x-xandira għall-ġurnalisti, biex sussegwentament dar għad-domanda tal-midja Laburista.
Intant, bħala Ministru responsabbli mill-koordinazzjoni tal-istrateġija ta’ wara l-Covid, mistoqsi x’viżjoni għandu fl-immedjat għan-negozji Maltin u Għawdxin Owen Bonnici sostna li jinsab kuntent …..iżda għalissa ma offra ebda soluzzjoni għajr li ta’ x’jifhem li pajjiżna għad fadallu jistenna tal-inqas xahrejn oħra..
Għaldaqstant din id-dikjarazzjoni minn naħa tal-Ministru Bonnici twaqqa’ għal kollox il-business as usual f’Mejju mwiegħed minn Robert Abela.
//= $special ?>