David Thake, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Thake sostna li l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kien il-bidu tat-tmiem tal-Mafja f’Malta, l-istess kif seħħ fl-Italja meta inqatlu l-Maġisrat Falcone u l-Maġistrat Borsellino.
Fil-parlament David Thake qal li l-gvern kollu ma jridx jammetti wara l-akkużi ta’ nhar is-sibt li għadda u kompla li d-deputati Laburisti qed jipprovaw jgħidu li huma qatt am ddefendew lil Keith Schembri. Hu qal kli fil-parlament id-deputati Laburisti ddefendew propju lil Keith Schembri meta l-PN ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja.
Id-deputati Laburista sabbtu u vvutaw favur il-ħmieġ, sostna David Thake, li kompla li sal-2019 ma’ Yorgen Fenech kien hemm ħbiberija kbira mill-Ministru Edward Zammit Lewis anki wara li kien żvelat il-każ ta’ 17 Black.
Id-deputati Laburisti ma jistgħux jagħrfu d-differenza bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin. David Thake kompla li kien il-gvern stess li waqqaf lill-istituzzjonijiet milli jaħdmu tant li l-Prim Ministru nnifsu illu jammettu dan meta jsostnu li dawn qed jaħdmu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm responsabbiltà kriminali u politika u żied li l-gvern iddefenda lil Keith Schembri mill-bidu sal-aħħar u għamel dak kollu li seta’ biex ma jitressaqx il-qorti. L-akkużi kontra Keith Schembri kien riżultat ta’ inkjesta fuq it-tixħim lil Adrian Hillman u inkjesta dwar it-tixħim fl-iskema tal-passaporti. Il-gvern ma jridx jerfa’ r-responsabbiltà ta’ għemilu u għalhekk ma jistax ikun is-soluzzjoni.
Hu qal li l-mafja ħasbet li jekk toqtol lil Daphne Caruana Galizia iżda dan il-qtil se jibqa’ mfakkar bħala l-bidu tat-tmiem tal-mafja fil-pajjiż. Huma ħolqu sitwazzjoni li ma kellhomx kontroll fuqha, sostna David Thake, li kompla li dawn l-avvenimenti huma ta’ dwejjaq kbar għaliex dawn huma r-rakkonti ta’ Malta meta l-PN immexxi minn Simon Busuttil kien qed jiġġieled għall-ġustizzja.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern Laburista ħatar lil Lawrence Cutajar biex jaqdiehom wara li ħatar numru ieħor ta’ kummissarji. Il-Prim Ministru għandu jgħid x’għamel biex waqqaf il-korruzzjoni ta’ Keith Schembri.
David Thake qal li Robert Abela ħatar lil Lawrence Cutajar konsulent biex jibqa’ jitħallas.Fil-każ tan-Nexia BT ta’ Brian Tonna u Karl Cini dawn ħadu miljuni f’konsulenza biex jirringrazzjawhom ta’ dak kollu li issa ħiereġ fil-qrati. Brian Tona ingħata €55,000 f’kuntratt mill-Ministru Owen Bonnici, sostna David Thake, li kompla li l-każi inkixfu għax kixfithom Daphne Caruana Galizia. Joseph Muscat kien iddefenda lil Keith Schembri u l-investigazzjonijiet bdew għax Simon Busuttil mar bil-provi għand il-maġistrat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Joseph Muscat tkellem il-Ħadd li għadda u qal li wara li tlestiet l-inkjesta Egrant se jibqa’ jinsisti li se ssir ġustizzja mal-familja tiegħu. David Thake qal li anki l-PN irid ġustizzja għaliex f’dik l-inkjesta xehdu Brian Tonna u Karl Cini, li kien il-persuna li jaf min hu s-sid ta’ Egrant. Wasal iż-żmien li Cini u Tonna jifhmu li, wara tant snin jgħattu lill-korrotti, issa jridu jibdew jgħidu l-verità.
David Thake kompla li l-Prim Ministru mhux jieħu passi wara r-rapporti fil-qorti li hemm ministru involut f’każ ta’ kriminalità. Hu sostna li dan ix-xhud issa talab maħfra oħra biex jiżvela iktar u qal li wieħed mill-ministri li se jivvota dwar din il-maħfra hu wieħed li għandu interess dirett li Il-Koħħu ma jitkellimx. Minbarra dan issemma’ wkoll l-ex ministru Chris Cardona.
Hu staqsa x’qed isir fil-konfornt tal-uffiċjali tal-pulizija li għaddew informazzjoni lill-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia, tal-uffiċjali li ma nvestigawx kif suppost u tal-uffiċjali li ma nvestigawx l-għajbien tal-mobile ta’ Keith Schembri.
//= $special ?>