Futbol Sport

Imut Frank Worthington, eks plejer tal-Ingilterra

L-eks attakkant tal-Ingilterra Frank Worthington miet fl-eta’ ta’ 72 sena wara ġlieda twila ma’ marda terminali.

Worhtington, li lagħab tmien darbiet mat-tim nazzjonali Ingliż fejn skorja darbtejn, beda l-karriera tiegħu ma’ Huddersfield. Hu lagħab aktar minn 200 darba mat-tim ta’ Leicester City f’karriera twila li ħaditu wkoll mat-timijiet ta’ Bolton, Birmingham City, Southampton, Leeds United u Sunderland.

Worthington lagħab għal erbatax-il sena fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż, bejn l-1966 sa l-1987, fejn skorja 266 gowl fi 882 partita li lagħab fil-kompetizzjonijiet kollha. Fl-istaġun 1978-79 Worthington kien spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-istaġun qabel plejers bħal Kenny Daglish ta’ Liverpool u Frank Stapelton ta’ Arsenal.