“Mhux ser inkunu qed niċċassaw filwaqt li ħaddieħor jiprova jixħet il-verità taħt it-tapit”.
Sostna dan il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa fejn ħabbar li nhar il-Ħamis, 25 ta’ Marzu, il-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jagħmel dibattitu dwar l-aħħar rivelazzjonijiet li ġew żvelati b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-MEP Nazzjonalista insista li l-ħidma favur il-ġustizzja se tkompli u se titrijonfa.