Futbol Sport

Jirriżenja Prandelli minn kowċ ta’ Fiorentina

Fuq is-sit uffiċjali tagħhom, il-klabb Taljan ta’ Fiorentina ħabbru r-riżenja tal-kowċ tagħhom Cesare Prandelli.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu Prandelli saħaq li r-raġunijiet li wassluh biex jirriżenja jomrru oltre mill-futbol. Fl-istqarrija Fiorentina qalu li l-President tal-klabb Rocco Commisso, id-diretturi, l-iskwadra u l-partitarji, lkoll jixtiequ jirringrazzjaw lil Prandelli, filwaqt li jawgurawlu għall-futur tiegħu.

Mill-2010 sal-2014 Prandelli mexxa it-tim nazzjonali Taljan fejn fl-2012 wassal lit-tim sal-finali tal-EURO 2012, fejn kienu ġew megħluba minn Spanja bl-iskor ta’ 4-0.

Fiorentina bħalissa jinsabu fl-erbatax-il post tal-klassifika b’29 punt, wara t-telfa li sofrew fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Milan bl-iskor ta’ 3-2.