Joe Ellis, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal fil-parlament li Keith Schembri qatt ma missu nħatar Chief of Staff minħabba l-interessi kummerċjali kbar tiegħu.
Joe Ellis qal li anki f’dan il-mument ta’ pandemija, Malta qed tibbenefika minn strutturi tal-UE biex tixtri l-vaċċin tal-COVID u biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi l-kbar u l-pajjiżi żgħar. Hu qal li l-gvern se jissellef €1.1biljun, li jfisser €2,200 għal kull persuna fil-pajjiż.
Is-sena li għaddiet is-self tal-gvern kien €1.5 biljun bl-indikazzjonijiet li s-self li se jagħmel il-gvern mhux se jservi. Id-dejn tal-gvern żdied b’27%, sostna Joe Ellis, li qal li l-gvern jista’ jagħmel miżuri għaliex l-UE għaliex kien gvern Nazzjonalista li daħħal lil Malta fl-UE u fiż-żona ewro.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta għandha l-vaċċin neċessarju għaliex hi parti mill-UE iżda dan ma jfissirx li l-gvern jista’ jagħmel li jrid. Il-gvern irid jassigura li s-self li qed jagħmel llum ikun minfuq bil-għaqal għaliex dawn iridu jitħallsu mill-ġenerazzjonijiet futuri. Jekk dan ma jsirx il-pajjiż jidħol f’awsterità kif kien ġralhom il-Greċja. Għalhekk mhux aċċettabbli li l-gvern jonfoq il-flus b’mod skorrett u jħalli barra lil min verament għandu bżonn l-għajnuna.
Hu qal l-akkużi li bihom il-persuni li tressqu nhar is-sibt li għadda twettqu fi żmien gvern Laburista iżda anki ma kien dan il-każ, kien hemm persuni oħra li setgħu jsiru jafu. Għalhekk l-argument tal-Prim Ministru li l-akkużi ma sarux taħt gvern Laburista mhux validu għaliex kien il-gvern Laburista li approva lil Keith Schembri fl-analiżi dwar il-passat tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-poplu ħaqqu spjegazzjoni dwar kif din il-persuna llum hi akkużata u s-sitwazzjoni hi iktar gravi jekk dawn ir-reati twettqu qabel. Il-gvern għandu jirrikonoxxi r-responsabbiltajiet tiegħu għax ħalla persuna jkollha dak il-poter kollu meta kien hemm dellijiet fuqha u għandu wkoll jagħmel apoloġija lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Joe Ellis kompla li fil-politika, fejn hemm dubju l-persuni involuti għandhom jirriżenjaw u qal li Keith Schembri qatt ma kissu tħalla jokkupa kariga daqshekk strateġika minħabba li kellu interessi kummerċjali kbar. Żball ieħor tal-gvern Laburista kien li meta kien żvelat li Keith Schembri, persuna oħra u Konrad Mizzi waqqfu kumpaniji l-Panama ħadd ma assuma responsabbiltà politika.
//= $special ?>