Fil-kastell medjevali Visconti – Sforza ta’ Vigevano, l-Assocjazzjoni Dinjija tal-Gurnalisti tal-isport magħrufa bħala AIPS organizzat it-tielet edizzjoni tal-AIPS Sport Media Awards. Serata ta’ premjazzjoni b’differenza għaliex minħabba l-pandemija tal-Covid-19 kienet waħda virtwali. F’din l-edizzjoni ħadu sehem xejn anqas minn 1871 membru affiljat minn 130 pajjiż fi ħdan l-AIPS. Mill-indirizz ta’ merħba minn Andrea Ceffa Sindku ta’ Vigevano , Gianni Merlo, president tal-Assocjazzjoni għamel riferenza dwar l-isfidi li jeżistu fil-ġurnaliżmu tal-isport u l-fatt li s-serata ta’ premjazzjoni saret virtwali kienet sfida oħra.
Fis-sitwazzjoni attwali l-AIPS ser tkompli tiżviluppa l-programmi tagħha b’mod virtwali fosthom l-e-College għal ġurnalisti żgħażagh u tkun mifruxa aktar il-pjattaforma ta’ diskussjoni. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena kien hemm ħdax il-kategorija tlieta minnhom għal ġurnalisti żgħażagh liema kategoriji varjaw minn fotografija, dokumentarji video kemm bi profil ta’atleta jew dak investigattiv, l-aħjar artikli jew editorjal kif wkoll taqsima għal ġurnalismu tal-isport b’rabta mal-Covid. L-għażla tal-finalisti saret minn Bord ta’esperti fis-settur filwaqt li r-rebbieħa kienu mħabbra b’mod virtwali mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-AIPS u Presidenti kontinentali. Is-serata ta’ premjazzjoni kienet ippreżentata minn Valentina Clemente.
//= $special ?>