Għada fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali tibda l-avventura tat-tim nazzjonali Malti fit-Tazza tad-Dinja 2022 li l-fażi finali tagħha se ssir f’Diċembru tas-sena 2022. Malta għada tibda din l-avventura meta tilgħab kontra r-Russja fejn din se tkun l-ewwel darba li dawn iż-żewġ nazzjonaijiet se jaffrontaw lil xulxin f’logħba kompetittiva, wara li dawn kienu ltaqgħu f’Ta’ Qali fl-1996, f’turnament ta’ ħbiberija.Minbarra r-Russja, fl-istess grupp ta’ Malta hemm ukoll is-Slovenja, l-Kroazja, Ċipru, u s-Slovakja, avversarji ferm diffiċli. It-tim Malti mmexxi minn Devis Mangia, wara l-avventura mill-iktar pożittiva fl-aħħar edizzjoni tal-UEFA Nations League, irid issa jiffaċċja realta’ differenti, fejn l-avversarji huma ferm u ferm iktar diffiċli minn dawk li lgħabna magħhom fin-Nations League.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal il-bieraħ fil-konferenza ta’ lejliet il-logħba li anki hu jinsab kurjuż biex jara x’se tkun ir-reazzjoni tat-tim Malti. Hu qali li jixtieq jara l-istess pożittivita’ li ntweriet mill-plejers Maltin waqt il-logħbiet tan-Nations League anki f’dawn l-impenji tat-Tazza tad-Dinja. Hu qali li dan jiddependi wkoll mill-avversarji iżda hu qal li jixtieq li meta jkollna l-pussess tal-ballun nippruvaw inkunu proposittivi biex nippruvaw nagħmlu ħsara lill-avversarji.Mangia stqarr ukoll li xtaq li kieku l-kampjonat nazzjonali ma waqafx, iżda ċ-ċirkostanzi tal-pandemija qed jagħmlu l-affarijiet diffiċli għal kulħadd. Wara l-impenn ta’ għada, Malta se jkollha żewġ impenji oħra mit-Tazza tad-Dinja fil-ġranet li ġejjin, żewġ impenji barra minn darna. Fil-fatt wara l-logħba kontra r-Russja, Malta terġa’ tkun fl-azzjoni nhar is-Sibt li ġej kontra s-Slovakkja u tilgħab it-tielet logħba nhar it-Tlieta 30 ta’ Marzu fil-Kroazja.
//= $special ?>