“Dalgħodu eskalat sew”. Hekk qalulna s-sorsi tagħna mill-qalba tal-Ministeru tal-Edukazzjoni wara l-istejjer li ġew żvelati fil-media fl-aħħar jiem; partikolarment dwar il-job li Caruana tat lill-ħabib tagħha Daniel Bogdanovic.
Numru kbir ta’ għalliema jinsabu urtati immens b’dan il-job ta’ €15,000 li ingħata Bogdanovic minn Justyne Caruana. U jidher illi kien dan il-każ illi ħoloq furur sħiħ dalgħodu fil-bini tal-Ministeru fil-Furjana.
“Smajna storbju kbir mill-uffiċċju ta’ fuq”, qaltilna persuna li xtaqet tibqa’ anonima. “Wara dak li kitbu il-gazzetti, donnu eskalat sew”.
Net News jista’ jikkonferma li ftit wara nofsinhar, Justyne Caruana telqet mill-Ministeru.
//= $special ?>