Awtur popolari Pollakk – li hu wkoll ġurnalist – jista’ jeħel sa tliet snin ħabs talli għajjar lill-President tal-Polonja, Andrzej Duda, fuq il-media soċjali. Jakub Zulczyk, f’Novembru, kien bagħat messaġġ fuq Facebook fejn irrefera għall-President bħala ‘bniedem stupidu’ – bl-awtur isostni li Andrzej Duda ‘naqas milli jifhem il-proċess elettorali tal-Istati Uniti’.
Il-kumment ta’ Zulczyk kien qed jitratta messaġġ (tweet) li Duda kien bagħat lill-President Amerikan Joe Biden wara l-elezzjoni għall-Presidenza Amerikana, Il-President Pollakk, fil-messaġġ, ma rikonoxxiex ir-rebħa ta’ Biden ( fi żmien meta kienet għadha pendenti l-konferma mill-Kulleġġ Elettorali tal-Istati Uniti) iżda xorta waħda ‘kien ferħlu għas-suċċess tal-kampanja elettorali’.
Intant, persuna fil-Polonja tkun qed twettaq reat f’sitwazzjoni fejn tinsulenta pubblikament lir-reliġjon u lill-Mexxejja tal-pajjiż.
//= $special ?>