Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li minkejja l-każi gravi ta’ korruzzjoni istituzzjonalizzata, fosthom il-bejgħ tal-isptarijiet u tal-Electrogas, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ m’għamel xejn.
Fil-parlament Chris Said qal li dak li qed iseħħ f’dawn il-jiem hu riżultat tal-ħidma tal-PN u tas-soċjetà ċivili li ma ħallewx is-sitwazzjoni tintradam biex ma jittieħdux passi.
L-istituzzjonijet ma ħadmux u kienu mxekkla milli jaħdmu, sostna Chris Said, li kompla li l-Prim Ministru kien parit mid-deputati li xekklu l-inizjattivi biex issir ġustizzja; l-Prim Ministru issa qed jgħid li hu qatt ma ddefenda li Keith Schembri.
Is-sistema kkollossat, sostna Chis Said, li kompla li ma ttieħdux miżuri għax kien hemm struzzjonijiet minn fuq nett. Kien hemm pulizija li twaqqfu milli jieħdu azzjoni, sostna Chris Said.
Kien biss il-PN u l-ex Kap tal-PN Simon Busuttil li talab inkjesti dwar din il-korruzzjoni; kieku ma sarx hekk ma kienux isiru l-investigazzjonijiet. Il-Prim Ministru attwali pprova jwqqaf l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sostna Chris Said, li sellem lill-ex Kap tal-PN Simon Busuttil għall-impenn politiku tiegħu fil-ġlieda favur governanza tajba u korretta.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-poplu hu konxju tas-sitwazzjoni u jaf li hemm ħafna iżjed li għad irid jinkixef. Hu sostna li hemm każi oħra ta’ abbuż li fihom il-gvern ma ħax passi u qal li kien hemm road-map bl-istess kumpaniji ta’ nies u bl-istess Chief of Staff.
Quddiem dan kollu l-gvern tal-Prim Ministru Robert Abela m’hu jagħmel xejn ħlief li jipprova jaqleb id-diskors. Dan il-gvern daħħal kultura li kollox jgħaddi, sostna Chris Said, qal li Malta ma jixirqilhiex hekk.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta kellha reputazzjoni brillanti iżda l-gvern Laburista kissirha u sostna li d-deputati Labuisti għadhom qed jipprovaw jiġġustifikaw dak li sar. Dan kollu se jkollu effett fuq is-sitwazzjoni tax-xogħol fil-pajjiż; ir-responsabbiltà hi kollha tal-Prim Ministru Robert Abela u l-gvern Laburista.
Chris Said kompla li din hi korruzzjoni tal-miljuni fil-bwiet tal-ftit iżda l-pulizija ma nevstiagx. Robert Abela m’għamel xejn quddiem il-ftehim tal-Electrogas, sostna Chris Said, li qal li l-bejgħ tal-isptarijiet hu skandlu ikbar minn tal-Electrogas.
Hu tratta l-korruzzjoni tal-bejgħ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u qal li d-deputati Laburisti Għawdxin baqgħu siekta u l-gvern m’għamel xejn. Hu fakkar li hemm inkjesta fuq tliet ministri Laburista iżda l-Prim Ministru m’għamel xejn ukoll.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm każi fejn qed jinqabżu l-kju għall-vaċċin waqt li anzjani Għawdxin għadhom qed jistennew l-appuntament. Il-gvern hu ‘Keith & Co’ u qed jissettja l-aġenda hu f’kollox anki fil-PL. Kull min baqa’ kwiet quddiem il-korruzzjoni hu kompliċi, sostna Chris Said, li spjega kif gvern Nazzjonalista qatt ma kien fix-xifer li jkun blacklisted mill-Moneyval għax l-istituzzjonijiet kienu jiffunzjonaw.
//= $special ?>