Lokali

Sewwieq ta’ mutur ferut gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Taljan ta’ 59 sena li jgħix il-Mellieħa, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ f’nofs ta’ lejl fi Triq San Edwardu bejn vettura tal-Pulizija tal-għamla Peugeot 308 u mutur tal-għamla Honda misjuq mit-Taljan.

Is-Surġent tad-Distrett u kuntistabbli li kienu fil-vettura tas-servizz taw l-ewwel għajnuna lix-xufier tal-mutur u minnufih sejħu għall-assistenza medika.

It-Taljan ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza, u aktar tard ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin