Sitwazzjoni li qed tiddeterjora.
Hekk iddeskrivew il-qagħda preżenti t’Għawdex għadd ta’ għaqdiet li flimkien iddibattew is-sitwazzjoni tal-iżvilupp fil-gżira Għawdxija.
Tul dan id-dibattitu, li tmexxa mill-Grupp Universitarji Għawdxin, il-GUG, id-diversi għaqdiet fosthom l-qablu li l-politiċi għandhom iservu bħala rappreżentanti u jeħtieġu jifhmu llum qabel għada li ċertu żviluppi qed iħallu impatt negġattiv ferm fuq Għawdex, li mhux se jitranġa malajr.
Huma saħqu wkoll dwar l-importanza li l-Kunsilli Lokali jkunu involuti f’deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan fid-dawl ta’ kif il-poter ġie ċċnetralizzat.
Tul l-istess laqgħa kien espress tħassib dwar iż-żieda drastika fil-binijiet residenzjali. Żieda ta’ 223% li minnhom hemm 900 flat, kif ukoll tħassib dwar il-fatt li 17% tal-iżvilupp fuq din il-gżira qed isir f’żoni li huma ‘l barra miż-żona ta’ żvilupp.
Kien hemm kritika dwar il-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar u dwar l-isfida preżenti t’Għawdex li donnha għadha m’għarfietx x’għandha tkun bħala gżira u li allura qed tipprova tkun kollox fl-istess waqt.
F’dan id-dibattitu ippartiċpaw L-Awtorità għall-Iżcilupp Reġjoanli t’Għawdex, Reġjun Għawdex, Il-Kamra tan-Negozji t’Għawdex, L-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu, Din l-Art Ħelwa u Flimkien Għall-Ambjent Aħjar.
//= $special ?>