Fil-parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia u d-deputat Nazzjonalista Mario Galea sellmu lill-assistant clerk tal-parlament Pauline Abela li se ttemm il-karriera tagħha bħala impjegata tal-parlament wara 34 sena.
L-Isepaker Anġlu Farrugia qal li f’Pauline Abela hu ra persuna ddedikat u elai li twettaq oixxoħol tagħha bi professjonalità fejn kulħadd ikun komdu jaħdem magħha. Pauline Abela dejjem kienet lesta li tagħmel l-ħajr għal kulħadd għaliex kienet mara pożittiva.

Fl-Aġġornament tal-parlament Mario Galea qal li fil-ħajja hemm żmien għal kollox u kull bidu għandu tmiem.
Hu sellem lil Pauline Abela li għal snin twal ħadmet fil-parlament għal 34 sena bħala assistent clerk. Pauline Abela ilha sservi minn Awissu 1987 fil-parlament Malti f’diversi karigi fosthom Skrivana tal-Kamra bejn l-2008 u l-2011.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kienet ir-rappreżentanza tal-parlament Malti fl-istituzzjonijiet ta’ Brussell u kellha diversi karigi fil-parlament. Hu qal li ilu 30 sena deputat u Pauline Abela kienet waħda mill-ewwel persuni li kien jaħdem magħha.
Mario Galea qal li Pauline Abela kienet ħabiba tal-qalb tiegħu u tgħallem ħafna mingħandha għaliex hi leali u impenjata f’xogħlha f’kull ħin.
Pauline Abela għandha l-missjoni li tipproteġi l-isem tal-parlament Malti, sostna Mario Galea, li kompla li Pauline Abela dejjem tara t-tajjeb fil-persuni.
Din hi grazzja kbira minn Alla u għalhekk Pauline Abela tgawdi l-fiduċja tad-deputati kollha inkluż tal-ex Prim Ministru Dom Mintoff li tant kien esiġenti. Pauline Abela ħadmet ma’ seba’ Speakers tal-Parlament u kellha rispett kbir minn kollha.
//= $special ?>