Lokali Parlament

Xibka ta’ korruzzjoni u kriminalità mifruxa u organizzata

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia ta d-dettalji tal-persuni li huma involuti b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus flimkien ma’ Keith Schembri u qal li l-każi juru xibka ta’ korruzzjoni mifruxa u organizzata f’diversi kuntratti kbar oħra.

Fil-parlament Adrian Delia qal li dak kollu li suppost jirregola t-tmexxija tajba mhux qed jammistra tajjeb il-fondi pubbliċi. Hu kompla li l-persuni u l-kumpaniji akkużati huma parti minn għanqbuta u spjega li l-akkużati Matthew Pace u Lorraine Farrugia kienu jaħdmu ma’ kumpanija tal-investimenti u kienu involuti fil-parti finanzjarjara. Il-gvern appunta lil Matthew Pace biex ikun fuq l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Hemm grupp ta’ nies ieħor marbuta man-Nexia BT, prinċipali Brian Tonna fejn minn dak pubbliku hu magħruf l-involviment tagħhom f’numru kbir ta’ kuntratti ewlenin li dwarhom hemm ċertezza ta’ aġir ħażin fi tnejn minnhom skont il-konklużjonijiet al-Awdtiur Ġenerali.

Hemm ukoll Karl Cini li kien l-istess peruna li wara li hu għamel kruċjata kontra l-Avukat Ġenerali tal-pajjiż Peter Grech u kiseb ir-rapport Egrant kien konkluż li jridu jsiru investigazzjonijiet biex jipproċedu kontra Karl Cini. Il-gvern m’għamel xejn u għalhekk mar għand il-Kummissarju tal-Pulizija biex jittieħdu l-passi.

Karl Cini kien jikkomunika bil-moħbi biex ma jiżvelax l-isem tal-kumpaniji li kienu qed isiru. Meta ġie biex jgħid min hu s-sid propju tal-kumpanija kien hu li ta l-isem lil Mossak Fonseca u għalhekk jaf ta’ min hi Egrant. Karl Cini biex jifdi dnubietu għandu jgħid ta’ min hi Egrant, sostna Adrian Delia.

Hemm ukoll Manuel Castagna li ttella’ xhud fuq il-kawża tal-Vitals u kien wieħed minn tlieta li kien fuq il-bord tal-evalwazzjoni biex l-isptarijiet jingħataw lil Vitals. Dan biex il-gvern iserraħ moħħu li s-serq tal-isptarijiet iseħħ.

Hemm it-tielet grupp ta’ persuni akkużati li huma s-CEO u l-Kontrollur Finanzjarju tal-Kasco u hemm Keith Schembri li kellu poter assolut u kien jikkmanda minn Kastilja f’uffiċċju biex ma’ bieb ma’ Brian Tonna u Robert Abela.

Adrian Delia kompla li fil-persuna ta’ Keith Schembri hemm il-persuna ta’ dak li kulħadd kien jaħseb li jgawdi impunità assoluta. Dak li seħħ fl-aħħar ġranet jagħti dawl ta’ tama li l-ġustizzja tista’ tasal għand min jsħeb li kien ‘il fuq mill-ġustizzja.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn huma akkużati b’ħasil ta’ flus u li ftehmu li jagħmlu attività kriminali.

Akkużat ieħor hu Vince Buhagiar li kein l-Managing Director ta’ The Times li hu akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus flimkien ma’ dikjarazzjonijiet foloz.

Adrian Delia semma’ l-kwistjoni tal-bejgħ tal-passaporti u qal li hemm l-akkużi li dawn ftehmu biex jingħataw flus li ma kelhomx dritt għalihom minn din l-iskema. Dawn huma Brian Tonna u l-kumpaniji tiegħu li kienu involuti f’kull kuntratt kbir fil-pajjiż. Hemm persuni oħrali kienu involuti f’din ix-xibka ta’ kriminalità fl-ogħla livelli tal-pajjiż. Il-kuntratti l-kbar huma l-kuntratt tal-Vitals u tal-Electrogas.  

Id-deputat Nazzjonalista ta d-dettalji tal-korruzzjoni f’dawn iż-żewġ skandli kbar u sostna li dawn in-nies kollha flimkien qed jikkordinaw biex jisir qu lill-poplu Malti. Hu kompla li l-PN ilu snin jippressa biex isiru l-investigazzjonijiet u kien pedina fundamentali biex tneħħa l-ex Kummissarju Lawrence Pullicino, sar qbil fuq il-Prim Imħallef Mrk Chetchuti u kkritikat il-mod kif l-ex Avukat Ġenerali Peter Grech ried jibqa’ jċaħħad lill-PN mill-inkjesta Egrant.

Adrian Delia kompla li dan kollu għamel ħsara irreparabbli lir-reputazzjoni ta’ Malta propju meta l-pajjiż qed jistenna r-rapport tal-Moneyval. Quddiem dan kollu l-Prim Ministru m’hu jagħmel xejn. Hemm ukoll allegazzjoni li fil-kabinet tal-ministri hemm ministru involut f’reat kriminali kbir ħafna. Il-Prim Ministru lanqas biss staqsa lill-ministri dwar l-allegazzjoni li qal il-persuna li għandu l-maħfra tal-Istat. Hu qal li hu lest jistaqsi lill-ministri tal-gvern jekk humiex involuti fl-kriminalità.