Lokali

Żagħżugħ mill-Ħamrun arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

Żagħżugħ mill-Ħamrun ġie arrestat wara ħidma li saret mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-Ħamruniż ta’ 27 sena twaqqaf mill-Pulizija waqt li kien qiegħed isuq il-karozza tiegħu f’Ħal Qormi. Kien hawnhekk li waqt li kienet qed issir tfittxija, fil-vettura nstabet sustanza suspettata droga kokaina lesta sabiex tiġi traffikata flimkien ma’ madwar €5,000 fi flus kontanti.

Bil-każ ġie nformat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ħatar inkjesta. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-1100hrs tat-Tlieta filgħodu.