Lokali Parlament

Adrian Delia jressaq ksur ta’ privileġġ kontra Alex Muscat

Ritratt: Matthew Tabone

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia llejla ressaq każ ta’ privileġġ fil-konfront ta’ tas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li aktar kmieni f’diskors fil-parlament allega li Adrian Delia kien ħa flus biex ma jkunx elett l-MEP David Casa fl-elezzjoni għall-parlament Ewropew.

Għal dan il-ksur ta’ privileġġ, Alex Muscat qal li hu kien jirrepeti dak li qalet il-qorti.

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia wieġeb li anki hawn Alex Muscat hu skorrett għaliex qed jirrapporta lil xi ħadd li ħa ġurament falz u li se jkun ipprovat li kien ħa ġurament falz.

L-Ispeaker se jkun qed jiddeċiedi dwar dan il-każ.