Sport Sport Ieħor

Aktar rekords fit-Turkija minn Mya Azzopardi u Thomas Woods

Wara ir-rekord li kisbet aktar kmieni din il-ġimgħa, Mya Azzopardi kisret żewġ rekords nazzjonali oħra fl-400 metru u 100 metru individual medley.

Fl-400 metru individual medley, Azzopardi kisbet ħin ta’ 4:57.75, biex kisret ir-rekord preċedenti stabbilit f’Dubai minn Francesca Falzon Young. Fil-100 metru indivdual medlye, Azzopardi spiċċat l-għawma tagħha f’ħin ta’ 1:05:54 biex tejbet ir-rekord tagħha stess li kienet stabbilit f’Zagreb fl-2017.

Mya Azzopardi tejbet ukoll ir-rekord tagħha preċedenti li kisbet f’Ruma fl-2020 fl-400 metru freestyle, fejn din id-darba kisbet ħin ta’ 4:21:37.

Fil-kategorija tal-irġiel Thomas Woods kiser rekord nazzjonali stabbilit minn Dylan Cahia fl-400 metru freestyle, meta rnexxielu jġib ħin ta’ 4:03:30 f’dan l-avveniment.