Lokali Parlament

Alex Muscat isostni li l-Gvern Laburista qata’ l-korruzzjoni!

Propju ftit ġranet wara li tressqu 11-il persuna l-qorti akkużati b’korruzzjoni li seħħet taħt gvern Laburista, fosthom Keith Schembri, dalgħodu fil-parlament, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat għadu kif iddikjara li l-Gvern Laburista rnexxielu jaqta’ l-korruzzjoni fil-pajjiż.

Din id-dikjrazzjoni s-Segretarju Parlamentari Muscat għamilha mingħajr ma għmel l-ebda kundanna għall-korruzzjoni li seħħet taħt Gvern Laburista li tiegħu hu parti minnu.

Alex Muscat ma rriferiex ukoll għall-akkużi fil-konfront ta’ Keith Schembri, l-ex Chief of Staff tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat. Miegħu tressqu wkoll persuni oħra fosthom l-uffiċjali ta’ Nexia BT.

L-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-persuni jinkludi ħasil ta’ flus u korruzzjoni fl-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza taħt gvern Laburista.