Lokali

“Dellijiet koroh li jeħtieġ li nitgħallmu minnhom”

David Xuereb il-President tal-Kamra tal-Kummerċ indirizza l-laqgħa Ġenerali Annwali tal-istess Kamra. Fid-diskors tiegħu, il-Perit Xuereb qal li l-aħħar sena l-Kamra tal-Kummerċ qatt ma ħarset lura. Huwa qal li l-Kamra qamet għal dan il-mument u affaċjat l-isfidi kemm b’rabta mal-Covid, u b’rabta ma’ dellijiet koroh li preżenatemnt hawn fuq il-Gvern u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.   

David Xuereb ħares ukoll lejn l-aħħar episodji u allegazzjonijiet qed jitfgħu dell ikrah fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u fuq l-istess istituzzjonijiet. Huwa qal li anki f’dan l-aspett il-kamra tal-kummerċ ma’ baqgħetx lura u issa jeħtieġ li nitgħallmu mill-iżbalji li saru, b’deċizzjonijiet li jgħinu u mhux ixekklu s-sitwazzjoni.

Il-Perit Xuereb rringrazzja lil kull min kien membru u parteċipi għas-suċċess li kellha l-Kamra tal-Kummerċ fl-aħħar sena. Huwa tenna li jinsab fiduċjuż li din l-ħidma għall-ekonomija aħjar se tissokta.