Lokali Qorti

FILMAT: Ian Borg iwieġeb lura b’mistoqsija … għax hekk dehrlu

Il-Ministru tat-Toroq jagħmel minn kollox biex jevita l-mistoqsijiet fuq il-Koħħu, iċ-Ċiniż u l-Fulu

Fl-ewwel opportunità li kellna biex nistaqsuh, wara li għażel li jiskarta l-mistoqsijiet ta’ NET News, l-Erbgħa filgħodu l-Ministru tat-Toroq, Ian Borg, għażel li jaħrab il-mistoqsija pertinenti li kulħadd qed jistaqsi; “Min hu l-Ministru preżenti fil-Kabinett li rrefera għalih Vince Muscat il-Koħħu fil-Qorti? U min huma l-politici li qed isemmu l-ahwa Degiorgio?”

Fl-istess waqt, staqsejnih jekk il-Prim Ministru sejjaħlux għal-laqgħa f’Kastilja biex jiddiskuti din l-aħbar individwalment

Ma wiġibtkomx l-ewwel nett kif għidt int għax kont dieħel il-Parlament. Ma kontx qed nistenna biex nara jkunx hemm ta’ NET News sabiex tagħmluli l-mistoqsijiet bħal dawk li għadek kif għamilt.”

Il-verita hi, li meta kien dieħel fil-Parlament it-Tlieta filgħodu, Ian Borg skarta il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u baqa’ dieħel sparat ghas-seduta.

NET News poġġa aktar mistoqsijiet lil Ministru Ian Borg wara li l-Gvern qata’ ħesrem ix-xandira diretta tal-attività li kellu mal-Ministru Clayton Bartolo fl-Għadira, biex ħalla barra l-mistoqsijiet li kellhom il-ġurnalisti. Izda aħna, xorta komplejna nistaqsu.

“Naħseb il-Prim Ministru wieġeb għall-mistoqsijiet li għamiltulu lbieraħ.”

Meta għidnilu li baqa’ ma wiġibnix, Ian Borg wiġibna b’dan il-mod:

Ifhimni, intom qatt ma jogħġobkom x’inwiġibkom. Iġifieri, mhux neħodha bi kbira.”

Wara li l-Ministru Ian Borg baqa’ ma wiġibx il-mistoqsijiet tagħna, ħadna l-opportunità nerġgħu nistaqsuh jekk iltaqax mal-Prim Ministru biex jiddiskuti dak li allega il-Koħħu, b’Ian Borg jgħidilna nibqgħu nistaqsu.

X’laqgħa ħi? Ikollna ħafna laqgħat mal-Prim Ministru aħna ħi. (…) Ibqgħu staqsu.”

Viżibilment skomdu jwieġeb, Ian Borg wieġeb lura b’mistoqsija dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiddevja mis-suġġett u jaħrab mid-domandi.

“Le! Wiġibtek b’mistoqsija oħra imma għax hekk deherli.

B’hekk, xorta bqajna bla tweġiba.

Grazzi. Bye.”