Lokali Parlament

Għad ħafna iktar x’joħroġ fi tliet inkjesti oħra

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li minkejja l-akkużi li tressqu nhar is-sibt li għadda, għax fadal ħafna iktar x’joħroġ fi tliet inkjesti oħra dar korruzzjoni.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-aħħar żviluppi kienu drammatiċi u spjega li f’Marzu 2016, Daphne Caruana Galizia kixfet korruzzjoni bejn Keith Schembri u Adrian Hillman. Il-pulizija kienu jafu iżda m’għamlu xejn għal xhur sħaħ minkejja li kellhom ir-rapport tal-FIAU dwar il-każ. Il-Kummissarju tal-Pulizija għamel ħiltu kollha biex il-korruzzjoni ta’ Keith Schembri u Adrian Hillman tinżamm moħbija.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru ddefenda lil Keith Schembri u f’Mejju 2017 Simon Busuttil sostna li hu għandu l-provi ta’ tixħim bejn keith Schembri u Adrian Hillman. Simon Busuttil mar il-qorti u talab inkjesta maġisterjali u miegħu ħa l-provi kollha.

Il-pulizija kien maħkuma minn Joseph Muscat u Keith Schembri, sostna Karol Aquilina, li qal li Keith Schembri kien investigat fuq €650,000. Dawn kienu pagamenti f’każ ċar ta’ ħasil ta’ flus; dan hu reat gravi li jġorr 18-il sena ħabs u multa ta’ €2.5 miljun.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn l-investigazjonijiet bdew għax Simon Busuttil mar il-qorti u talab inkjesta. Il-Gvern kellu jqogħod għas-sejbien tal-verità.

It-tieni inkejsta mitluba minn Simon Busuttil kienet dwar korruzzjoni bejn Keith Shembru Brian Tonna fil-bejgħ tal-passaporti li fiha kien hemm rapport tal-FIAU dwarha. Minkejja dan, il-pulizija mgħamlu xejn anzi jgħattulhom għax jibżgħu minnhom.

Dan il-każ kien dwar kumpanija ta’ Brian Tonna Willerby Trading b’kont fil-Pilatus fejn irċeviet €166,000 mingħand tliet barranin li xtraw iċ-ċittadinanza. Għaddew żewġ pagamenti ta’ €50,000 kull wieħed għall-kont ta’ Brian Tonan fil-Bank Pilatus, li kien magna tal-ħasil tal-flus.

Id-deputat Nazzjonalista qal li nhar is-sibt waqgħet l-akkuża li l-istejjer huma ivvintati u sostna li s-sibt li għadda kienet ġurnata kerha immens li qatt ma kien hawn bħalha fil-pajjiż.

Hu semma’ l-akkużi ta’ Keith Schembri u qal li hu jinsab il-ħabs għax ma tafdaħx barra. Għad fadal x’joħroġ, sostna Karol Aquilina, li qal li fadal inkjesti oħra importanti li għad iridu jiġu konklużi u fihom jitressqu nies orħa l-qorti.

Dawn l-inkjesti huma dik dwar il-Panama Papers miftuħa minn Simon Busuttil, l-inkjesta dwar il-Bank Pilatus u l-inkjesta dwar il-bejgħ tal-isptarijiet li tinvolvi lill-ex ministri Edwrad Scicluna u Chris Cardona. Wara dan kollu l-id moħbija kienet ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri.

Hu sfida lill-gvern jippubblika r-rapport dwar il-windfarms tal-Montengro u sostna li trid tibda tinġarr ir-responabbiltà politika. Kien Joseph Muscat li għażel lil Keith Schembri u poġġieh fil-qalba tal-PL u l-gvern Laburista għax kien jaf li jasal biex iwettaq il-korruzzjoni, jasal biex jieħu ġurament falz u kapaċi jiffroda lin-nies, kapaċi jxaħħam u jixxaħħam, jasal biex iwettaq ħasil tal-flus u jasal biex juża l-pulizija u s-Servizzi Sigrieti biex jiprpoteġi lilu nnfisu u joperaw kontra d-deputati tal-PN.

Keith Schembri għamel dan kollu meta kien Kastilja; Joseph Muscat irid jerfa’ r-responsabbiltà politika flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela li ħareġ kandidat fl-2014 u kien jiddefendi lil Keith Schembri b’saħħa.

Karol Aquilina kompla li l-Prim Ministru wkoll għandu responsabbiltà x’iġorr u sostna li l-PL jrid jieħu azzjoni billi jkeċċi lil Joseph Muscat għax hu mażżra m’għonq il-PL.

Hu qal li l-ġustizzja ssir bl-azzjoni u sostna ki hu att kriminali li Kummissarju tal-Pulizija ma jinvestigax il-kriminalità. Kien il-PN u s-soċjetà ċivili li ħadmu biex titwettaq il-ġustizzja.

Id-deputati Laburisti nqabdu jigdu u għandhom id-demm fuq idejhom għax gidbu, fosthom l-ex ministru Michael Farrugia li ma qalx il-verità fuq l-investigazzjonijiet fuq Daphne Caruana Galizia. Hu kompla li l-PN mhux se jiddejjaq jaffronta lid-deputati Laburist sakemm toħroġ il-verità kollha.

Karol Aquilina kompla li l-pajjiż għandu bżonn paġna ġdida b’Bernard Grech Prim Ministru ta’ fiduċja.