Sport Sport Ieħor

Għada jingħata bidu għar-relay tat-Torċa Olimpika f’Fukushima l-Ġappun

F’Fukushima il-Ġappun, għada jingħata bidu għar-relay tat-Torċa Olimpika għall-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020, li se jsiru s-sajf li ġej.

Minn Fukushima, it-Torċa imbagħad iżżur 47 stat differenti fil-Ġappun qabel tasal fil-belt ta’Tokyo fit-23 ta’ Lulju, għas-serata tal-ftuħ tal-Olimpjadi. L-ewwel persuni li se jżommu it-torċa se jkunu it-tim ta’ Nadeshiko Japan, li kienu l-ewwel tim Ġappuniż li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-futbol tan-Nisa fl-2011. Ir-rebħa tagħhom għinet lil pajjiż jibda jirkupra wara d-diżastru naturali li kien laqat lill-istess pajjiż fl-2011.

‘Il fuq minn għaxar t’elef persuna se jkollhom ir-responsabbilta’ li jġorru it-torċa matul dan il-vjaġġ. L-iskop ewlieni għal din ir-relay ta’ din is-sena huwa li jgħaqqad lill-persuni b’messaġġi ta’ sapport u inkorraġiment, bil-messaġġ ewlieni jkun li flimkien inkunu aktar b’saħħitna.