Robert Arrigo, PN
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-PN Robert Arrigo qal li l-mod kif il-gvern kisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż qed jagħmel ħsara kbira lis-settur tat-turiżmu.
Robert Arrigo tkellem dwar is-settur tat-turiżmu u qal li jispera li meta l-pajjiż jiftaħ għat-turiżmu, il-ħaddiema kollha fis-settur jkunu vaċċinati. Hu qal li l-ftehim mal-Manchester Utd falla għaliex maħewx Malta l-eluf ta’ Ingliżi li jappoġġjaw lil dan it-team ewlieni.
L-ex Kap tal-PN Simon Busuttil kellu raġun meta ressaq files bil-provi fil-parlament, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kkundanna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Cauana Galizia. Hu tkellem dwar l-importanza li jkun hemm ideat ġodda fit-turiżmu u jsir il-modernizzar meħtieġ fil-pajjiż.
L-industirja tat-turiżmu għandha bżonn ideat ġodda, sostna Robert Arrigo, li qal li jeħtieġ li jkun hemm il-flessibbiltà. Hu appella biex il-liċenzji u r-renti tal-gvern jitneħħew f’dan il-perjodu u biex il-persuni li jorganizzaw ċertu attiviatjiet llegali f’dan il-perjodu jkunu penalizzati b’mod qawwi.
Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo qal li l-barranin qed jistaqsu dwar il-livelli ta’ korruzzjoni f’Malta u sostna li din is-sitwazzjoni qed tikkaġuna ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ Malta. L-industrija tal-ospitabbiltà għandha sfidi kbar, sostna Robert Arrigo.
//= $special ?>