Il-Gvern mhux jieħu rendikont fuq kemm negozji għalqu l-bibien tagħhom mat-tħabbira tar-restrizzjonijiet.
“Dwar iċ-ċifri l-Gvern ma jiġborx ċifri ta’ jekk negozju jkunx għalaq temporanjament minħabba l-miżuri li ttieħdu”
Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana hekk kif il-kamra tal-aħbarjiet ta’ Net News saqsiet ukoll fuq x’wage supplement se jagħti lil dawk in-negozji li baqgħu jiffunzjonaw anki bil-bibien magħluqa.
“Dak li għandu x’jaqsam wage supplement kif jinħadmu r-rati ċert li l-Malta Enterprise qed jagħmlu biċċa xogħol tajba”
Intant lill-Ministru tal-Finanzi saqsejnih anke dwar xi pjan ta’ tibdil jeħtieġ għall-AirMalta, bil-Ministru jgħidilna li se jkun qed iressaq il-pjan u fuq parir li ngħata, mhux se jħabbar x’fih dan il-pjan.
“Ser inkun qed inressaq quddiem il-Kummissjoni l-pjan li l-linja Nazzjonali tal-arju tagħna trid issegwi fix-xhur u s-snin li ġejjin, il-parir li ngħattajt dan il-pjan l-ewwel irid jiġi diskuss, jiġifieri mhux inħabbar x’fih il-pjan”
Clyde Caruana tenna li l-Gvern dejjem kien trasparenti dwar l-AirMalta, u qal li hu ma jrid jaħbi xejn. Għalkemm il-verità hi li l-ħaddiema qed iħossuhom minsija mill-amministrazzjoni preżenti.
//= $special ?>