Lokali Parlament

Il-ħsara lill-pajjiż għamilha l-gvern Laburista bil-korruzzjoni u l-qtil li wettaq

Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-ħsara lill-pajjiż għamilha l-gvern Laburista bil-korruzzjoni u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’diskors fil-parlament Ryan Callus qal li l-pajjiż għaddej minn kriżi għall-oħra u qal li d-deputati Laburisti dejjem iddefendew lil Keith Schembri u ma kellhomx il-kuraġġ jitkellmu kontra l-korruzzjoni.

Hu sostna li r-responsabbiltà politika trid tintrefa’ u jridu jsiru l-apoloġiji għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u fakkar kif il-Ministru Owen Bonnici kien jagħti ordni biex kull lejl jitneħħew il-fjuri f’ġieħ Daphne Caruan Galizia minn mal-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt.

Il-passività tad-deputati Laburisti wasslet biex kkrolla l-Moviment Laburista illum ħadd m’għandu jsemmi lill-istess moviment. Il-PL jrid jagħmel apoloġija anki lil-Laburisti stess li kienu ngannati mill-moviment li ma kienx Laburist iżda kapitalist. Hu qal li wħud minn dawn li waqqfu dan il-Moviment illum jinsabu f’Kordin.

Ryan Callus qal li d-deputati Laburisti kellhom jieħdu pożizzjoni quddiem l-informazzjoni li ħarġet fl-ittra minn żewġ akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza. F’din l-ittra jissemma’ l-involviment ta’ ex ministru fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-involviment ta’ ministru f’każ ieħor ta’ kriminalità.

Il-pajjiż jinsab għarkubtejh bil-Prim Ministru jgħatti l-korruzzjoni u lill-kriminali kif għamel il-prim ministru ta’ qablu, qal Ryan Callus, li kompla li Simon Busuttil kellu raġun u rebaħ fuq il-gideb tal-PL. Hu kompla li l-gvern Laburista ħatar sitt kummissarji waqt li l-Ispettur Ian Abdilla llum kien kundannat mill-qorti li lliberat lir-raġel tal-ex ministru Giovanna Debono.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pulizija ma ressqitx lil min kellha tressaq fuq korruzzjoni iżda ressqet lil Toni Debono, ir-raġel ta’ Giovanna Debono meta dan kien innoċenti. Hu qal li l-Avukat Ġanerali kien pupazz tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat u sostna li l-PL daħak u nganna lin-nies; il-PL illum m’għandux kredibbiltà.

Hu qal li dan kollu għamel ħsara lill-politii u lill-politika u sostna li l-paġna ġdida lill-pajjiż jista’ jtieha biss minma kienx involut f’dan kollu.