Lokali Parlament

Il-Ministru Carmelo Abela jattakka lil Giovanna Debono fil-Parlament

Il-Ministru Carmelo Abela dalgħodu fil-parlament attakka s-sentenza li ngħatat mill-Qorti fejn ir-raġel tal-ex Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono kien liberat minn akkużi li tressqu kontrih.

Dan l-attakk seħħ propju ftit wara li l-qorti lliberat lil Toni Debono, ir-raġel tal-ex Ministru Giovanna Debono, li kienet irriżenjat mill-kariga tagħha meta l-Gvern Laburista għamel dawn l-allegazzjonjiet.

Fil-parlament il-Ministru Carmelo Abela sostna li r-raġel ta’ Giovanna Debono kien liberat għax il-ġustizzja damet biex issir u għax ma tressqux provi.

F’dan il-każ il-Gvern Laburista kien ta stat ta’ whistle blower lil persuna li suppost kellu jagħti d-dettalji. L-avukat ta’ dan il-whistle blower kien il-Prim Ministru attwali Robert Abela.