Lokali

Il-Ministru Justyne Caruana lura għax-xogħol

F’post fuq il-media soċjali l-Ministru Justyne Caruana ħabbret li llum irritornat għax-xogħol filwaqt li rringrazzjat lil kull min ta appoġġ.

Ilbieraħ il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana kellha tiddaħħal l-Isptar Mater Dei… dan ġie ikkonfermat minn stqarrija uffiċjali ppublikata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni fejn ġie spjegat li l-kundizzjoni tagħha fortunatament hi waħda stabbli.