Għawdex Lokali Qorti

“Illum is-sewwa rebaħ u bdiet issir ġustizzja ma’ din il-familja” – Bernard Grech

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi mill-Qorti, fejn ir-raġel ta’ Giovanna Debono kien liberat minn kull akkuża, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel kuntatt mal-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono. Bernard Grech feraħ ukoll lill-Avukat Difensur Joe Giglio li mexxa d-difiża ta’ Anthony Debono fil-Qorti t’Għawdex.

Il-Kap tal-PN saħaq li “Ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi, speċjalment dawk il-persuni li jkunu taw servizz lill-poplu. Iżda kif dejjem kont tal-fehma li l-familja Debono spiċċat il-Qorti intortament, illum is-sewwa rebaħ u bdiet issir ġustizzja ma’ din il-familja.”