Fl-aħħar sigħat ġie mħabbar li mietu żewġ persuni oħra kaġun tal-Covid-19, bil-vittmi issa jitilgħu għal 377. L-aħħar vittmi huma raġel ta’ 79 sena u mara ta’ 84 sena li mietu fl-isptar Mater Dei.
Sa issa tul dan ix-xahar ta’ Marzu kellna 62 mewta kawża tal-Coronavirus.
Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa nstabu 101 każ ġdid, bil-każijiet attivi issa huma 2,276. Aħbar pożittiva hi li fl-aħħar sigħat fiequ 302 persuna mill-virus, biex issa l-każijiet totali tal-persuni mfejqa huwa 25,857.
Tul din il-ġimgħa f’Malta kellna 816-il każ ġdid ta’ dan il-virus.
L-ammont ta’ swab test fl-aħħar 24 siegħa huwa dak ta’ 2,789.
Il-każijiet totali minn Marzu tas-sena li għaddiet ‘l hawn huma 28,510.
L-ammont ta’ persuni li ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin huwa 155,678, b’46,140 minn dan it-total jieħdu t-tieni doża tat-tilqima.