Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li l-pajjiż ġie umuljat u jeħtieġ li jitnaddfu d-dnubiet mortali u kbar li għamel il-gvern. Għalhekk mhux biss jeħtieġ paġna ġdida iżda jeħtieġ kapitlu ġdid imwettaq min-nies differenti.
Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li s-sitwazzjoni preżenti hi kollha tort ta’ dak li twettaq taħt il-gvern Laburista ta’ Joseph Muscat fejn tneħħiet is-serjetà u tkissru l-forzi tal-ordni.
Hu kompla li llum l-ordni tkissret fl-pajjiż u sostna li l-Istat falla fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galiza għax ma tahiex il-protezzjoni li kellu jtieha u għax kien hemm traskuraġni mill-istess gvern.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fi tmiem snin il-gvern ma semax il-vuċi tar-raġuni u baqa’ għaddej qisu ma ġara xejn, anzi ipprova jkisser lil min ipprova jurih it-triq differenti. Hu sostna li sa minn qabel l-elezzjoni tal-2013 numru ta’ nies kienu diġà ħasbu biex iwettqu dak li sar illum.
Mifsud Bonnici kompla li l-gvern għandu sitwazzjoni diżastruża, kerha u diffiċli biex iġib lura s-sitwazzjoni f’postha wara li l-gvern ta’ Joseph Muscat ħalla diżastu. In-nies jafu li hu diffiċli li l-gvern Laburista llum jwarrab nies fil-PL u jidher quddiem il-poplu u jgħid li m’għandux x’jaqsam mal-apssat ta’ Joseph Muscat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hu diffiċli li l-pajjiż jerġa’ jirritorna għan-normalità u sostna li hu qatt ma kelu dubju li fil-konfornt tal-ex ministru Giovanna Debono kien hemm kumplott tal-Istat Laburista. Il-pajjiż għandu bżonn kapitlu ġdid biex Malta terġa’ tkun pajjiż demokratiku kif kienet fejn l-intriċċi politiċi jispiċċaw.
Carm Mifsud Bonnci llum l-istituzzjonijiet qed jipprovaw jaħdmu bl-overtime biex l-affarijiet jinġiebu għal dawk li kienu iżda jekk l-investigazzjonijiet ma jsirux fil-bidu, dawn ma jsirux sew.
Hu kompla li l-passat jerġa’ jirritorna anki jekk Robert Abela qed jipprova jipperswadi lill-elettorat. Dawn m’humiex dnubiet vejnali iżda dnubiet mortali li jridu jitnaddfu. Dan jista’ jagħmlu biss xi ħadd li kompletament differenti mill-gvern li hemm illum.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern m’għandux viżjoni għall-futur għaliex il-gvern hu mgħomi jiddefendi lilu nnifsu. Hu tratta wkoll diversi diffikultajiet f’Paola, Ħal Tarxien u fil-Kottonera u qal li hemm palazzi tal-Kavallieri fil-proġett tal-marina tal-jottijiet li għadhom abbandunati filwaqt li l-Università Amerikana ta’ Malta hi falliment totali.
Dan kollu juru li l-gvern intelaq u għandu problema kbira anki fuq il-fondi Ewropej. Hu appella lill-gvern biex jiddiskuti mal-Oppożizzjoni s-setturi li fihom għandhom ikunu investiti l-fondi Ewropej.
Dan kollu jikkonferma kemm fil-pajjiż hawn bżonn bidla fil-gvern, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-elettorat irid jifhem li hemm nies fil-politika li jikkumbattu għan-nies bla ma jkunu korrotti anzi għenu lin-nies. Hu appella lill-poplu biex jagħżlu nies li huma dedikati u jridu jagħmlu l-ġid fl-interess nazzjonali.
//= $special ?>