Lokali Parlament

L-akbar għadu tas-settur finanzjarju hu l-gvern Laburista

Kristy Debono, PN

L-akbar għadu tas-settur finanzjarju hu l-gvern Laburista waqt li l-akbar tellief huma l-ħaddiema u l-familja tagħhom.

Dan sostnietu d-deputat Nazzjonalista Kristy Debono meta kienet qed titkellem fil-parlament fejn qalet li d-deputati Laburisti pproteġew lill-kriminali li wettqu l-korruzzjoni u huma responsabbli li tkissru l-istituzzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li r-reputazzjoni ta’ Malta ma tistax tkun iktar negattiva u sostniet li l-PL ma żammx kelmtu mal-elettorat li eleġġih fl-2013 wara 25 sena ta’ gvern Nazzjonalista li wettaq riformi kbar fil-pajjiż. Minkejja dan ħadd ma kien qed jistenna li Malta se tkun umiljata bil-mod kif qed jumiljaha l-gvern Laburista bir-riskju li Malta tkun black listed mill-Moneyval.

Kristy Debono qalet li s-settur bankarju ħa daqqa kbira u qed jiffaċċja sfidi li qatt ma kien jistenna. Ta’ dan qed tħallas il-kompetittività tal-pajjiż u l-konsumaturi. Hi smmiet id-diversi każi li seħħu fosthom tas-Sata Bank u l-Pilatus Bank u qalet li l-konsumaturi onesti fis-Sata Bank għaddew minn diffikultajiet. Ma’ dawn kellhom ukoll sfidi kbar il-ħaddiema tas-settur tal-gaming.

Il-BOV għadu wkoll mingħajt correspondent bank bil-konsegwenzi kbar li dan iġib miegħu. Dan minħabba l-inċertezza li ħoloq il-gvern Laburista u l-istenneijatar-rapport tal-Moneyval.

L-aċċess għas-self qed isir wisq diffili bil-konsegwenza li l-pajjiż qed jitlef il-komeptittività.  Kieku Malta ma tħammġitx ma kienx ikun hemm bżonn dawn il-miżuri. Is-settur qed jitlef ukoll il-flessibbiltà tiegħu u s-sinerġija importanti li għandu bżonn ma’ setturi oħra is-settur tal-block chain falla qabel beda, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li sostniet li l-gvern hu dgħajjef fil-ġlieda biex jrrestawra r-reputazzjoni ta’ Malta.

Kristy Debono sostniet li Malta m’għandiex liċenzja waħda fis-settur tal-block chain propju minħabba li Malta sofriet minħabba r-reputazzjoni negattiva tal-pajjiż. Il-banek m’għandhomx tort fir-reputazzjoni tal-pajjiż iżda għandhom l-obbligu li joffru s-servizzi  lill-konsumaturi klijenti u l-obbligu tas-settur soċjali.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-fiduċja tal-poplu fil-banek qed tonqos u spjegat kif ċertu fergħat qed jingħalqu b’diffikultajiet kbar għal dawk l-aktar vulnerabbli. Irid ikun ikkunsidrat li mux kulħadd ilaħħaq mal-avvanzi teknoloġiċi, sostniet Kristy Debono, li kkritikat ukoll ċertu tariffi li qed iżidu t-tariffi biex ikollhom iktar fondi f’aspetti ta’ restawr tar-reputazzjoni