Lokali Qorti

L-avukati ta’ Yorgen Fenech jitolbu biex il-midja li ppubblikat ‘chats’ tiegħu fuq WhatsApp tinstab ħatja ta’ disprezz

L-avukati ta’ Yorgen Fenech għamlu talba biex dawk id-djar tal-media lokali li ppubblikaw kontenut ta’ chats fuq WhatsApp tiegħu jinstabu ħatja ta’ disprezz.

F’applikazzjoni ppreżentata quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, li qed tippresiedi fuq il-kumpilazzjoni tal-provi kontra in-negozjant akkużat li kien il-moħħ fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-Avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qegħdin jgħidu li artikli ppubblikati fuq il-ġurnali Illum u t-Times of Malta, li ppubblikaw siltiet miċ-chats, li kienu soġġetti għal projbizzjoni speċifika fuq il-pubblikazzjoni.

Il-ġurnal Illum kien żvela li uffiċjal għoli fl-OPM kien ta struzzjonijiet lil Fenech biex jimbotta storja għall-pubblikazzjoni fuq it-Times jew The Malta Independent kontra wieħed mill-kollegi tiegħu stess.

Il-ġurnal kien irrapporta li Fenech kien tkellem ma ‘”Ivan” u kien tah €10,000. Fi storja oħra, id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar ġiet irrappurtata li talbet għajnuna mingħand Fenech għal stħarriġ tal-2019, li għalih Fenech kien wieġeb “Jien dejjem inkun hemm biex ngħinek.”

Aktar stejjer dwar €9,000 rigali fi flus lil Cutajar u ftehimiet kummerċjali mal-kap tal-Planning Authority Johann Buttigieg ittieħdu wkoll minn, u kkwotaw, iċ-chats kelma b’kelma.

Flimkien ma’ l-applikazzjoni, l-avukati ta’ Fenech ippreżentaw USB drive li kien fih kopji taċ-chats WhatsApp tiegħu ma’ Keith Schembri, Rosianne Cutajar, Johann Buttigieg u Heathcliff Farrugia, biex jippruvaw li l-aħbarijiet kienu kkwotaw minnhom.

“Għalhekk l-informazzjoni misjuba fuq il-mowbajl tal-akkużat b’xi mod għaddiet lil partijiet terzi u dan bi ksur tal-ordni tal-qorti ċċitata qabel,” qalu l-avukati, u attribwewha għal “strateġija politika”.

Minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Qorti dwar il-leaks, huma ppersistew u żdiedu fin-numru, sostnew l-avukati, li qalu li dan huwa każ ċar ta’ disprezz fil-konfront tal-Qorti u l-amministrazzjoni korretta tal-ġustizzja.

“Ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi, qalu l-avukati, u qalu li “hija xi ħaġa tal-biża’ li ordni tal-Qorti tiġi injorata sfaċċatamwent u b’mod ripetut.” Il-pubblikazzjoni taċ-chats poġġiet il-karattru tal-akkużat f’dawl ħażin, partikolarment fl-imħuħ tal-poplu Malti li wħud minnhom eventwalment jiġu msejħa biex jiġġudikaw il-ħtija tiegħu jew inkella f’ġuri, qal it-tim tad-difiża ta’ Fenech.

Huma talbu lill-Qorti biex tiddikjara li l-leaks jikkostitwixxu disprezz tal-Qorti u qed jitolbu biex jingħataw “ir-rimedji kollha xierqa” biex tissalvagwardja l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u biex jiġu evitati leaks ulterjuri.