L-esperti tat-temp, fil-preżent, qed jevalwaw l-impatt tal-għargħar ‘kważi storiku’ fl-Awstralja wara jiem ta’ xita konsekuttiva li faqgħet iz-zoni tal-east coast bl-ilma, fost l-evakwazzjonijiet kontinwi matul l-aħħar ġranet.
Hu kalkulat li t-territorju Awstraljan taħt l-ilma (bħala kobor) fih daqs ‘żewġ Stati tal-Ewropa’, bl-esperti jaqblu li l-Awstralja għandha tkompli tara ‘xejriet tat-temp’ estremi minn sajf għal sajf.
Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison, wissa li l-awtoritajiet huma mħassbin l-aktar dwar Western Sydney wara l-akbar inċidenza ta’ għargħar għal għexieren ta’ snin fil-Lvant tal-pajjiż.
Dan meta xi bnadi ta’ New South Wales spiċċaw taħt metru ta’ xita, b’Morrison iwissi wkoll dwar ‘aktar jiem iddominati mix-xita’ u l-possibbiltà li s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tinfirex ‘il hinn mill-artijiet tal-kosta.
//= $special ?>